IL-ĦIN LI TAGĦMEL DIFFERENZA

Noffri huwa proġett ġdid bil-għan li jiżdied il-volontarjat billi jinġabru sigħat ta’ xogħol volontarju mill-pubbliku. Approvat mill-E.T. Il-President ta’ Malta, u mmexxi mill-Malta Community Chest Fund, dan il-proġett ser jassisti numru ta’ organizzazzjonijiet volontarji bil-għan li tittejjeb il-kwalità tal-ħajja ta’ dawk fil-bżonn.

 

Interessat li tibda tagħmel xi xogħol volontarju imma mhux neċessarjament tista’ timpenja ruħek b’mod regolari? Xorta tista’ tissieħeb ma’ Noffri, u tagħti donazzjoni ta’ ħin ta’ darba jew ta’ ftit sigħat fil-ġimgħa jew fix-xahar. Hija kompletament l-għażla tiegħek kemm tagħti, iżda kull minuta li tista’ tiddedika se tagħmel differenza kbira fil-ħajja ta’ xi ħadd.

 

Tista’ tikkontribwixxi billi toffri ftit sigħat fl-attività li tinteressak jew li tispeċjalizza fiha: billi tagħmel xogħol manwali, billi tagħti parir professjonali, billi toffri servizzi mediċi jew sempliċiment issuq lil xi ħadd. Il-possibilitajiet ma jispiċċawx u l-kontribut tiegħek huwa mprezzabbli. Ikkwantifika d-donazzjoni tiegħek f’numru ta’ sigħat u offri issa.

 

NIXTIEQ NOFFRI

Hija xi ħaġa tassew sabiħa li tgħin lil xi ħadd fl-aktar mument ta’ bżonn. Jekk għandek xi ftit ħin biex toffri l-għarfien u l-ħiliet tiegħek għal dawk li verament għandhom bżonn, issieħeb ma’ noffri.com tal-Malta Community Chest Fund. Tista’ tagħżel l-ammont ta’ ħin u meta tista’ skond il-ħajja tiegħek. Ħaġa waħda hija żgura, l-involviment tiegħek fil-komunità mhux biss jagħtik sodisfazzjon, iżda wkoll jgħinek tgħolli l-moral, il-motivazzjoni, l-impenn u l-aġir tiegħek, fl-aspetti kollha ta’ ħajjtek. Hija x-xewqa tiegħi li nara sinerġija bħal din tinbena fost il-poplu tagħna, ħalli ħadd ma jitħalla barra mis-soċjetà u kullħadd ikun jista’ jgħix ħajja b’dinjità.

L-Eċċellenza Tagħha Marie Louise Coleiro Preca

MIN QED JOFFRI

  • Kulħadd
  • Artisti
  • Imprendituri
  • Professjonisti
  • Priġunieri
  • Nisa tad-Dar
  • Joffru Appoġġ Soċjali

MISTOQSIJIET

MIN SE JIBBENEFIKA MIS-SIGĦAT TA’ XOGĦOL VOLONTARJU?

Il-MCCF se talloka s-sigħat offruti lil għaqdiet lokali li jagħmlu jew għandhom bżonn volontarjat, kif ukoll individwi. Rappreżentant mill-MCCF ser jikkuntattjak biex jagħtik iktar informazzjoni rigward il-bżonnijiet kurrenti ta’ volontarjat, skont l-impenji li tkun irreġistrajt fuq noffri.com.

X’NISTA’ NOFFRI?

Tista’ toffri kull tip ta’ xogħol li tixtieq billi tagħżel dak li jinteressak mil-lista fuq noffri.com. L-attivitajiet li tagħżel jistgħu ikunu il-passjoni tiegħek, il-professjoni tiegħek, jew xogħol ieħor li tħoss li għandek toffri.

X’JIĠRI JEKK MA NKUNX DISPOST NAGĦMEL VOLONTARJAT F’PERJODU SPEĊIFIKU?

Is-sigħat li offrejt jibqgħu irreġistrati sakemm jerġa jinqala’ l-bżonn u inti tkun tista’ tgħin.

NISTGĦU NOFFRU VOLONTARJAT BĦALA GRUPP?

Iva, is-sigħat jiġu rreġistrati f’ismek, u f’ċertu każi fejn ikun hemm bżonn ħidma kollettiva, jista’ jingħaqad grupp għal dan il-għan.

M’INIEX ĊERT X’NISTA’ NOFFRI.

Jekk mintix ċert x’tista’ toffri, agħżel l-attivitajiet kollha li jinteressawk fis-sezzjoni Attivitajiet li Jinteressawni. Membru tal-MCCF jikkuntattjak meta jinqala l-bżonn ta’ volontarjat li jinteressak. Meta tiġi biex toffri s-sigħat tiegħek fis-sezzjoni Impenja Ruħek, tista’ ma tagħżilx attività speċifika.

 

ĊAĦDA

NIXTIEQ NOFFRI L-ĦIN

NOFFRI ISSA

AGĦMEL KUNTATT

Ibagħtilna Email





ĊEMPEL GĦALL-GĦAJNUNA

21 255 255